18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – AREX CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-414/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(b)(i) u (iii) - Artikolu 3(1) - Akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa - Artikolu 138(1) u (2)(b) - Provvisti intra-Komunitarji - Katina ta’ tranżazzjonijiet ma’ trasport uniku - Imputazzjoni tat-trasport - Trasport taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa - Rilevanza għall-klassifika ta’ akkwist intra-Komunitarju))

(2019/C 65/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AREX CZ a.s.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, li fir-rigward tagħom id-dazju tas-sisa huwa eżiġibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, imwettqa minn persuna taxxabbli li l-akkwisti l-oħra tagħha ma humiex suġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi li taw lok għal trasport wieħed intra-Komunitarju ta’ prodotti suġġetti għas-sisa taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa, l-akkwist imwettaq mill-operatur responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni ma jistax jiġi kklassifikat bħala akkwist intra-Komunitarju suġġett għall-VAT skont din id-dispożizzjoni, meta dan it-trasport ma jistax jiġi imputat lil dan l-akkwist.

3)

L-Artikolu 2(1)(b)(i) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ akkwisti suċċessivi li jirrigwardaw l-istess prodotti suġġetti għas-sisa u li taw lok għal trasport intra-Komunitarju wieħed ta’ dawn il-prodotti taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, il-fatt li dawn il-prodotti huma ttrasportati taħt dan l-arranġament ma jikkostitwixxix fatt determinanti sabiex jiġi stabbilit fir-rigward ta’ liema akkwist għandu jiġi imputat it-trasport għall-finijiet tal-issuġġettar tiegħu għall-VAT skont din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017