18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Verden – il-Ġermanja) – Torsten Hein vs Albert Holzkamm GmbH & Co.

(Kawża C-385/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Artikolu 7(1) - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni, permezz ta’ ftehim kollettiv, il-perijodi ta’ qgħad parzjali għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni mħallsa għal-leave annwali - Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni”))

(2019/C 65/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Verden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Torsten Hein

Konvenuta: Albert Holzkamm GmbH & Co.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-kumpens għal leave mħallas, tippermetti li jiġi previst permezz ta’ ftehim kollettiv it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tnaqqis fir-remunerazzjoni li jirriżulta mill-eżistenza, matul il-perijodu ta’ referenza, ta’ jiem fejn, minħabba qgħad parzjali, ebda xogħol effettiv ma jkun ġie pprovdut, bil-konsegwenza li l-impjegat jirċievi, għat-tul tal-leave annwali minimu li minnu jibbenefika skont l-Artikolu 7(1), kumpens għal leave mħallas li huwa inqas mir-remunerazzjoni ordinarja medja li huwa jirċievi matul il-perijodi ta’ xogħol. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test kif ukoll tal-għan tad-Direttiva 2003/88, b’mod li l-kumpens għal leave mħallas li jingħata lill-ħaddiema, għal-leave minimu previst fl-Artikolu 7(1), ma jkunx inqas mill-medja tar-remunerazzjoni ordinarja li huma jirċievu matul il-perijodi ta’ xogħol effettiv.

2)

Ma hemmx lok li jiġu llimitati ratione temporis l-effetti ta’ din is-sentenza u d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-qrati nazzjonali milli jipproteġu, abbażi tad-dritt nazzjonali, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni li jimpjegaw fir-rigward taż-żamma tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali l-iktar għolja li tikkonferma l-legalità tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-leave mħallas tal-Ftehim Kollettiv dwar il-Kostruzzjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.