1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Gerhard Prenninger et vs Oberösterreichische Landesregierung

(Kawża C-329/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Anness II - Punt 1(d) - Kunċett ta’ “deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art” - Ftuħ ta’ parti minn foresta marbuta mal-kostruzzjoni u mal-operat ta’ linja tal-elettriku maqtugħa mill-art))

(2018/C 352/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Prenninger, Karl Helmberger, Franziska Zimmer, Franz Scharinger, Norbert Pühringer, Agrargemeinschaft Pettenbach, Marktgemeinde Vorchdorf, Marktgemeinde Pettenbach, Gemeinde Steinbach am Ziehberg

Konvenuti: Oberösterreichische Landesregierung

Fil-preżenza ta’: Netz Oberösterreich GmbH

Dispożittiv

Il-punt 1(d) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftuħ ta’ trinka forestali għall-finijiet tal-installazzjoni u tal-operat ta’ linja tal-elettriku maqtugħa mill-art, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, matul il-perijodu statutorju ta’ eżistenza tagħha, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.09.2017.