23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Spetsializiran nakazatelen sad - il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Ivan Gavanozov

(Kawża C-324/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2014/41/UE - Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali - Artikolu 5(1) - Formola li tinsab fl-Anness A - Taqsima J - Assenza ta’ rimedji legali fl-Istat Membru emittenti)

(2019/C 432/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Ivan Gavanozov

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, moqri flimkien mat-Taqsima J tal-formola prevista fl-Anness A ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru ma għandhiex, meta toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, tipprovdi f’din it-taqsima deskrizzjoni tar-rimedji legali li huma previsti, jekk ikun il-każ, fl-Istat Membru tagħha, kontra l-ħruġ ta’ tali ordni.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.