11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2019 – George Haswani vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-313/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Proċedura ta’ adattament tar-rikors - Ħtieġa ta’ adattament tal-motivi u tal-argumenti - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem l-appellant))

(2019/C 93/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: George Haswani (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sikora-Kalėda u S. Kyriakopoulou, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas u R. Tricot, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Marzu 2017, Haswani vs Il-Kunsill (T-231/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:200), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 239, 24.07.2017