12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresní soud v Českých Budějovicích – Ir-Repubblika Ċeka) – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ spol. s r.o.

(Kawża C-287/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Artikolu 6(1) u (3) - Rimbors tal-ispejjeż ta’ rkupru ta’ dejn - Spejjeż li jirriżultaw mit-tfakkir mibgħut minħabba l-ħlas tardiv tad-debitur”))

(2018/C 408/27)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká pojišťovna a.s.

Konvenuta: WCZ spol. s r.o.

Dispożittiv

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikonoxxi lill-kreditur li jitlob il-kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mit-tfakkir mibgħut lid-debitur minħabba l-ħlas tardiv ta’ dan tal-aħħar id-dritt li jikseb, għal dan il-għan, minbarra s-somma f’daqqa ta’ EUR 40 prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, kumpens raġonevoli, fis-sens tal-paragrafu 3 tal-istess artikolu, għall-parti ta’ dawn l-ispejjeż li teċċedi din is-somma f’daqqa.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017