3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Rhein-Sieg-Kreis (C-266/17), Rhenus Veniro GmbH & Co. KG (C-267/17) vs Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH (C-266/17), Kreis Heinsberg (C-267/17)

(Kawżi Magħquda C-266/17 u C-267/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 5(1) u (2) - Għoti dirett - Kuntratti għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram - Kundizzjonijiet - Direttiva 2004/17/KE - Direttiva 2004/18/KE)

(2019/C 187/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-266/17)

Rikorrenti: Rhein-Sieg-Kreis

Konvenuti: Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH

fil-preżenza ta’: Regionalverkehr Köln GmbH (C-266/17),

(Kawża C-267/17)

Rikorrenti: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

Konvenuta: Kreis Heinsberg

fil-preżenza ta’: WestVerkehr GmbH (C-267/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, ma japplikax għall-għoti dirett tal-kuntratti li jirrigwardaw servizzi pubbliċi ta’ trasport bix-xarabank li ma għandhomx il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni għal servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.

ĠU C 269, 14.8.2017