28.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – Harry Mensing vs Finanzamt Hamm
(Kawża C-264/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 314 - Artikolu 316 - Artikolu 322 - Skemi speċjali applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti - Skema ta’ marġni ta’ profitt - Rivendituri taxxabbli - Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu - Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji - Rifjut tal-awtoritajiet fiskali nazzjonali li jagħtu lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt li tagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet”))
(2019/C 35/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Harry Mensing
Konvenuta: Finanzamt Hamm
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li rivenditur taxxabbli jista’ jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għal kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti li jkunu ġew ikkunsinjati lilu upstream, fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarju eżentata, mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu, minkejja li dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta’ persuni elenkati fl-Artikolu 314 ta’ din id-direttiva. |
2) |
Rivenditur taxxabbli ma jistax fl-istess waqt jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt prevista fl-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 għal kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti magħmula lilu upstream fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarja eżentata u jinvoka dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fis-sitwazzjonijiet fejn tali dritt huwa eskluż skont l-Artikolu 322(b) ta’ din id-direttiva, jekk din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar ma ġietx trasposta fid-dritt nazzjonali. |