28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-248/17 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali - Inklużjoni mill-ġdid - Raġuni għall-inklużjoni relatata mal-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Gvern Iranjan u mal-involviment fl-akkwist ta’ beni u ta’ teknoloġiji pprojbiti - Portata - Finanzjament ta’ proġetti fis-settur taż-żejt u tal-gass - Provi li jmorru lura għal data preċedenti għall-ewwel inklużjoni - Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni - Artikolu 266 TFUE - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))

(2019/C 35/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bank Tejarat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle QC, T. Otty QC, R. Blakeley, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Kneale u M. Bishop, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bank Tejarat hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.