3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG

(Kawża C-191/17) (1)

((Direttiva 2007/64/KE - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Kunċett ta’ “kont ta’ ħlas” - Inklużjoni eventwali ta’ kont ta’ tfaddil li jippermetti lill-utent tiegħu jagħmel trasferimenti u ġbid ta’ flus permezz ta’ kont kurrenti miftuħ f’ismu))

(2018/C 436/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte

Konvenuti: ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG

Dispożittiv

L-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “kont ta’ ħlas” kont ta’ tfaddil li jippermetti l-użu ta’ ammonti ddepożitati a vista u li minnu operazzjonijiet ta’ ħlas u ta’ rtirar jistgħu jsiru biss permezz ta’ kont kurrenti.


(1)  ĠU C 239, 24.07.2017.