16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Mitnitsa Varna vs “SAKSA” ООD
(Kawża C-185/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013 - Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda - Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass))
(2018/C 134/15)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mitnitsa Varna
Konvenuta:“SAKSA” ООD
fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax, minħabba l-karatteristiċi ta’ distillazzjoni tiegħu, jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 ta’ din in-nomenklatura, anki meta dan iż-żejt kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard armonizzat EN 590, fil-verżjoni tiegħu ta’ Settembru 2013, dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.