16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-182/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ), Artikolu 9 u Artikolu 13(1) - Nuqqas ta’ ssuġġettar - Kunċett ta’ “korp irregolat mid-dritt pubbliku” - Kumpannija kummerċjali li hija miżmuma 100 % minn komun, inkarigata b’ċerti kompiti pubbliċi li għalihom dan il-komun huwa responsabbli - Determinazzjoni ta’ dawn il-kompiti u r-remunerazzjoni tagħhom f’kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u l-imsemmi komun))

(2018/C 134/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-fatti rilevanti, tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi pprovduta b’titolu oneruż, suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, li twettaq ċerti kompiti pubbliċi skont kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u komun.

2)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi nazzjonali rilevanti, ma taqax taħt ir-regola ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, f’li twettaq ċerti kompiti pubbliċi komunali skont kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u komun, fil-każ fejn din l-attività tikkostitwixxi attività ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017