17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Gmina Ryjewo

(Kawża C-140/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168 u 184 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Regolarizzazzjoni - Beni kapitali immobbli - Allokazzjoni inizjali għal attività li ma tagħtix lok għal tnaqqis u sussegwentement ukoll għal attività suġġetta għall-VAT - Korp pubbliku - Kwalità ta’ persuna taxxabbli fil-mument tat-tranżazzjoni taxxabbli))

(2018/C 328/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenut: Gmina Ryjewo

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168 u 184 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li korp irregolat mid-dritt pubbliku jibbenefika minn dritt ta’ aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT imħallsa fuq beni ta’ investiment immobbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, waqt l-akkwist ta’ dan l-oġġett, minn naħa, dan tal-aħħar seta’ min-natura tiegħu jintuża kemm għal attivitajiet taxxabbli kif ukoll għal dawk mhux taxxabbli iżda intuża, inizjalment, għal attivitajiet mhux taxxabbli, u, min-naħa l-oħra, dak il-korp pubbliku ma kienx espressament iddikjara li kellu l-intenzjoni li juża l-imsemmi oġġett għal attività taxxabbli iżda lanqas ma kien eskluda li jintuża għal dawn l-iskopijiet, sakemm dan ikun jirriżulta minn eżami taċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt, li għandu jsir mill-qorti nazzjonali, li juri li ġiet sodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112, li tgħid li persuna taxxabbli għandha tkun aġixxiet fil-kwalità tagħha ta’ persuna taxxabbli fil-mument meta għamlet dan l-akkwist.


(1)  ĠU C 202, 26.06.2017.