6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-128/17) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva (UE) 2016/2284 - Tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu - Adozzjoni ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni - Żvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni - Valutazzjoni tal-impatt - Evalwazzjoni suffiċjenti tal-effetti tal-att ikkontestat - Artikolu 5(4) TUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 4(2) TUE - Ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati - Artikolu 191(2) TFUE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent - Teħid inkunsiderazzjoni tad-diversità tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea - Stħarriġ ġudizzjarju”)

(2019/C 155/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, G. Koós u E. Tóth, aġenti), ir-Rumanija (rappreżentanti: C. Canțăr, R. H. Radu, A. Wellman u M. Chicu, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm, A.-Z. Varfi, K. Adamczyk Delamarre u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen, K. Herrmann u G. Gattinara, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-Ungerija, ir-Rumanija kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.