1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – David Smith vs Patrick Meade, Philip Meade, FBD Insurance plc, Ireland, Attorney General

(Kawża C-122/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - It-Tielet Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Responsabbiltà fil-każ ta’ danni fiżiċi kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq - Assigurazzjoni obbligatorja - Effett dirett tad-direttivi - Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva - Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali kuntrarja għal direttiva))

(2018/C 352/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Smith

Konvenuti: Patrick Meade, Philip Meade, FBD Insurance plc, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 288 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’tilwima bejn individwi, li tinsab fl-impossibbiltà li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha kuntrarji għal dispożizzjoni ta’ direttiva li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollha effett dirett, f’sens konformi ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, ma hijiex obbligata, abbażi biss tad-dritt tal-Unjoni, li tħalli mhux applikati dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali kif ukoll klawżola li tinsab, konformement magħhom, f’kuntratt ta’ assigurazzjoni.

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-parti leża bin-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jew il-persuna ssurrogata fid-drittijiet ta’ din il-parti tista’ madankollu tipprevalixxi ruħha mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428), sabiex tikseb mill-Istat Membru, skont il-każ, kumpens għad-dannu subit.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.