17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan” vs Gilead Sciences Inc.

(Kawża C-121/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Trattament tal-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) - Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(a) - Kundizzjonijiet għall-kisba - Kunċett ta’ “prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ” - Kriterji ta’ evalwazzjoni))

(2018/C 328/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan”

Konvenuta: Gilead Sciences Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott kompost minn diversi ingredjenti attivi li għandhom effett ikkombinat huwa “protett minn privattiva bażika fis-seħħ”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm il-kombinazzjoni tal-ingredjenti attivi li jikkomponuh, anki jekk ma hijiex imsemmija b’mod espliċitu fit-talbiet tal-privattiva bażika, isir neċessarjament u speċifikament riferiment għaliha f’dawn it-talbiet. Għal dan il-għan, mill-perspettiva tal-bniedem tas-sengħa u abbażi tal-istat attwali tat-teknika fid-data tal-preżentata jew ta’ prijorità tal-privattiva bażika:

il-kombinazzjoni ta’ dawn l-ingredjenti attivi għandha tappartjeni neċessarjament, fid-dawl tad-deskrizzjoni u tad-disinni ta’ din il-privattiva, għall-invenzjoni koperta minnha, u

kull wieħed mill-imsemmija ingredjenti attivi għandu jkun speċifikament identifikabbli, fid-dawl tal-elementi kollha żvelati mill-imsemmija privattiva.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.