31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Athinon – il-Greċja) – OL vs PQ

(Kawża C-111/17 PPU) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ħtif internazzjonali ta’ minuri - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 11 - Talba għal ritorn - Kunċett ta’ “residenza abitwali” ta’ tarbija - Minuri mwieled, konformement mar-rieda tal-ġenituri tiegħu, fi Stat Membru li ma huwiex dak tar-residenza abitwali tagħhom - Residenza kontinwa tal-minuri matul l-ewwel xhur tiegħu ta’ ħajja fl-Istat Membru fejn twieled - Deċiżjoni tal-omm li ma tirritornax fl-Istat Membru fejn kienet ir-residenza abitwali tal-koppja])

(2017/C 249/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OL

Konvenuta: PQ

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha minuri twieldet u għexet b’mod kontinwu ma’ ommha għal diversi xhur, konformement mar-rieda komuni tal-ġenituri tagħha, fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih dawn kellhom ir-residenza abitwali tagħhom qabel it-twelid tagħha, l-intenzjoni oriġinali tal-ġenituri dwar ir-ritorn tal-omm, flimkien mal-minuri, f’dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li din il-minuri għandha r-“residenza abitwali” tagħha hemm, fis-sens ta’ dan ir-regolament.

Konsegwentement, f’sitwazzjoni bħal din, ir-rifjut tal-omm li tirritorna flimkien mal-minuri f’dan l-istess Stat Membru ma għandux jiġi kkunsidrat bħala “tneħħija nġusta jew iż-żamma” tal-minuri, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11(1).


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.