|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Monsanto Europe, Monsanto Company, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)
(Kawża C-82/17 P) (1)
(Appell - Ambjent - Prodotti ġenetikament immodifikati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom is-sojja ġenetikament immodifikata MON 87701 x MON 89788 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 10(1) - Talba għar-reviżjoni interna tad-deċiżjoni mressqa skont-id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Ċaħda tat-talba)
(2019/C 383/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV (rappreżentanti: K. Smith QC, J. Stevenson, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, G. Gattinara u C. Valero, aġenti), Monsanto Europe, Monsanto Company (rappreżentanti: inizjalment M. Pittie, u sussegwentement P. Honoré u A. Helfer, avukati), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV u Sambucus eV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Monsanto Europe u Monsanto Company għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |