|
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Fundo de Garantia Automóvel vs Alina Antónia Destapado Pão Mole Juliana, Cristiana Micaela Caetano Juliana
(Kawża C-80/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - It-Tieni Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 1(4) - Obbligu li tinħareġ assigurazzjoni - Vettura stazzjonata f’art privata - Dritt ta’ azzjoni legali tal-korp ta’ kumpens kontra l-proprjetarju tal-vettura mhux assigurata))
(2018/C 399/09)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fundo de Garantia Automóvel
Konvenuti: Alina Antónia Destapado Pão Mole Juliana, Cristiana Micaela Caetano Juliana
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun dejjem irreġistrata fi Stat Membru u tkun tista’ tiċċirkula, iżda tinsab, unikament b’għażla tal-proprjetarju tagħha li ma jkollux iktar l-intenzjoni li ssuqha, stazzjonata fuq art privata. |
|
2) |
L-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-korp imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkollu d-dritt li jressaq azzjoni legali kontra, barra l-persuna jew il-persuni responsabbli għall-inċident, kontra l-persuna li kienet suġġetta għall-obbligu li tiġi sottoskritta assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vettura li tkun ikkawżat id-danni kkumpensati minn dak il-korp, iżda li ma tkunx ikkonkludiet kuntratt ta’ assigurazzjoni għal dan il-għan, anki meta din il-persuna ma tkunx ċivilment responsabbli għall-inċident li fih dawn id-danni jkunu seħħew. |