12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu – il-Polonja) – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

(Kawża C-66/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Kamp ta’ applikazzjoni - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż legali li tinsab f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat - Esklużjoni))

(2018/C 052/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś

Konvenuta: DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni eżekuttiva dwar l-ammont tal-ispejjeż legali, inkluża f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat, ma tistax tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.