1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – VTB Bank (Austria) AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde

(Kawża C-52/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 2013/36/UE - Artikoli 64, 65 u 67 - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Artikolu 395(1) u (5) - Superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Setgħat ta’ superviżjoni u ta’ sanzjoni - Limiti għal espożizzjonijiet kbar - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ interessi fil-każ ta’ eċċess ta’ dawn il-limiti - Regolament (UE) Nruo468/2014 - Artikolu 48 - Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali - Proċedura ta’ superviżjoni prudenzjali mibdija formalment))

(2018/C 352/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VTB Bank (Austria) AG

Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 64 u l-Artikolu 65(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE kif ukoll l-Artikolu 395(1) u (5) tar-Regolament Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ eċċess tal-limiti ta’ espożizzjoni previsti fl-Artikolu 395(1) ta’ dan ir-regolament, interessi ta’ rkupru jiġu imposti b’mod awtomatiku fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, anki jekk din tal-aħħar tissodisfa l-kundizzjonijiet, stabbiliti fl-Artikolu 395(5) tal-imsemmi regolament, li jippermettu lil istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-imsemmija limiti.

2)

L-Artikolu 48(3) tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ir-“Regolament Qafas MSU”), għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ superviżjoni prudenzjali la tista’ titqies bħala formalment mibdija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta istituzzjoni ta’ kreditu tirrapporta lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza eċċess tal-limiti previsti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament Nru 575/2013, u lanqas meta din l-awtorità tkun diġà adottat deċiżjoni fi proċedura parallela dwar ksur simili.


(1)  ĠU C 144, 08.05.2017