201806010311917532018/C 211/06342017CJC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL201804265511

Kawża C-34/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Eamonn Donnellan vs The Revenue Commissioners (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet — Direttiva 2010/24/UE — Artikolu 14 — Dritt għal rimedju effettiv — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Possibbiltà għall-awtorità rikjesta li tirrifjuta l-assistenza għall-irkupru minħabba li t-talbiet ma ġewx debitament innotifikati)


C2112018MT510120180426MT00065151

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Eamonn Donnellan vs The Revenue Commissioners

(Kawża C-34/17) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet — Direttiva 2010/24/UE — Artikolu 14 — Dritt għal rimedju effettiv — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Possibbiltà għall-awtorità rikjesta li tirrifjuta l-assistenza għall-irkupru minħabba li t-talbiet ma ġewx debitament innotifikati)”

2018/C 211/06Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eamonn Donnellan

Konvenuti: The Revenue Commissioners

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE, tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li awtorità ta’ Stat Membru tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ talba għal irkupru dwar talba relatata ma’ sanzjoni pekunjarja imposta fi Stat Membru ieħor, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li d-deċiżjoni li timponi din is-sanzjoni ma tkunx ġiet debitament innotifikata lill-persuna kkonċernata qbale ma tkunsaret it-talba għal irkupru lill-imsemmija awtorità skont din id-direttiva.


( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017