10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – VAR Srl, Azienda Trasporti Milanesi SpA (ATM) vs Iveco Orecchia SpA

(Kawża C-14/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Artikolu 34 - Provvista ta’ spare parts għal karozzi tal-linja u trolleybuses - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Prodotti ekwivalenti - Possibbiltà li tiġi prodotta l-prova ta’ ekwivalenza wara l-għoti tal-kuntratt))

(2018/C 319/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAR Srl, Azienda Trasporti Milanesi SpA (ATM)

Konvenuta: Iveco Orecchia SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 34(8) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fid-dokumenti tal-kuntratt jirreferu għal trade mark, għal oriġini jew għal produzzjoni speċifika, l-entità kontraenti għandha teħtieġ li l-offerent juri diġà fl-offerta tiegħu, il-prova tal-ekwivalenza tal-prodotti proposti meta mqabbla ma’ dawk iddefiniti f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.