Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal‑20 ta’ Marzu 2019 –
Hércules Club de Fútbol vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑766/16 R-RENV)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Rikors prinċipali milqugħ – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Rikors prinċipali milqugħ – Talba li ma għadx għandha skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 1 sa 9)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 final tal‑4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol [SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP)].

Dispożittiv

1) 

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

2) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Hércules Club de Fútbol, SAD fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3) 

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.