Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Jannar 2018 – Campailla vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-759/16)

“Rikors għad-danni – Dritt istituzzjonali – Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala inammissibbli – Appell miċħud bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ rappreżentanza – Rikors manifestament inammissibbli”

1. 

Proċedura ġudizzjarja–Rikors promotur–Rekwiżiti formali–Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima–Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati–Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni–Rikors li għandu bħala għan kumpens kwalunkwe mingħajr ma jagħti ebda informazzjoni f’dan ir-rigward–Inammissibbiltà

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)]

(ara l-punti 23-25, 28)

2. 

Proċedura ġudizzjarja–Rikors promotur–Rekwiżiti formali–Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati–Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors–Riferiment għall-annessi kollha–Inammissibbiltà

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)]

(ara l-punt 30)

3. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kundizzjonijiet–Illegalità–Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni–Ksur mill-qorti tal-Unjoni mwettaq fil-kuntest ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ appell–Esklużjoni–Eċċezzjoni–Eżistenza ta’ nuqqasijiet gravi fil-funzjonament ġudizzjarju

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 33)

4. 

Appell–Ammissibbiltà–Konferma ta’ rċevuta mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja–Att li ma jikkostitwixxix deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56)

(ara l-punt 34)

5. 

Appell–Ammissibbiltà–Preżentata ta’ appell ivvizzjat b’irregolarijiet formali–Obbligu tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja li javża lir-rikorrent–Assenza

(ara l-punt 36)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba d-digriet tas-6 ta’ Ottubru 2011, Campailla vs Il-Kummissjoni (C-265/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2011:644).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.