Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR
(Kawża T‑645/16 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Kontribuzzjonijiet ex ante – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
|
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–“Fumus boni juris”–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Natura kumulattiva–Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni–Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika–Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 17-20) |
|
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Oneru tal-prova–Dannu finanzjarju–Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 28, 29) |
|
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Oneru tal-prova–Dannu finanzjarju–Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi sostnuti minn provi dokumentali ddettaljati (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 31, 32) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-BUR (SRB/ES/SRF/2016/06) tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ordni, lill-BUR, li jirrimborsa kontribuzzjonijiet ex ante mħallsa mir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |