Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta ’ Lulju 2016 – Direttur ġenerali tal-OLAF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑251/16 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità ġudizzjarja tad-direttur ġenerali tal-OLAF — Att li jista’ jikkontesta l-indipendenza tad-direttur ġenerali — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”
|
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3)) (ara l-punti 26, 34, 35) |
|
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(1) u (2)) (ara l-punti 30-32) |
|
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-immunità ġudizzjarja tad-direttur ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) — Assenza ta’ preġudizzju għat-twettiq tal-missjonijiet tal-imsemmi direttur u għall-funzjonament tajjeb tal-OLAF — Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 43-51) |
|
4. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali — Assenza (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punt 57) |
|
5. |
Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Immunità — Tneħħija tal-immunità — Direttur ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17) (ara l-punt 58) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)1449 finali, tat-2 ta’ Marzu 2016, dwar talba għat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
Id-digriet tas-6 ta’ Ġunju 2016 mogħti fil-Kawża T-251/16 R huwa rtirat. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |