Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T–140/16 R)

“Rikors għal annullament — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Ilment — Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà”

Il-Parlament Ewropew — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament — Ilment — Ippreżentar fl-istess ħin ta’ rikors għal annullament quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikoli 68 u 72) (ara l-punti 26–33, 35–39)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 320 026.23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relattiva tal-4 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1) 

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.