Digriet tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-73/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Fastidju psikoloġiku – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Żbalji ta’ liġi – Appell manifestament infondat”

1. 

Appell–Aggravji–Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati–Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 208)

(ara l-punt 10)

2. 

Appell–Aggravji–Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha–Aggravju ineffettiv

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 9)

(ara l-punt 14)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali–Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni–Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja–Inammissibbiltà

(Artikolu 270 TFUE)

(ara l-punt 17)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali–Rikors għad-danni–Suġġett–Talba intiża għal kumpens għad-dannu li jirriżulta minn fastidju psikoloġiku–Annullament, minħabba difett proċedurali, tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni li tiċħad l-eżistenza ta’ fastidju–Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida–Natura prematura tat-talba

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 20)

5. 

Appell–Aggravji–Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tar-rifjut tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku milli jordna miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew istruttorji–Portata

(Artikolu 256(2) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11)

(ara l-punt 23)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-37/12, EU:F:2015:162), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.