Digriet tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-60/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2011 – Żball ta’ liġi – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1. 

Appell–Aggravji–Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati–Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 208)

(ara l-punt 10)

2. 

Appell–Interess ġuridiku–Kundizzjoni–Appell li jista’ jagħti benefiċċju għall-parti li ppreżentatu

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 9)

(ara l-punt 14)

3. 

Appell–Aggravji–Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha–Aggravju ineffettiv

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 9)

(ara l-punt 27)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-55/13, EU:F:2015:165), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.