13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/28 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2016 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-916/16)
(2017/C 046/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-30 ta’ Settembru 2016, u tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-kapital fid-data tar-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrent; |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta’ ammont ta’ EUR 19 920,39, li għandu jitħallas fuq il-kont tal-pensjoni tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ tul raġonevoli tal-proċedura, ta’ ċertezza legali u ta’ proċedura ekwa, u fuq ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondisriminazzjoni u ta’
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi.
|