20.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/39 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)
(Kawża T-896/16)
(2017/C 053/47)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senator GmbH & Co. KGaA (Groß-Bieberau, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TRINOMIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 697 074
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 70/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti.