6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/52


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Karelia v EUIPO (KARELIA)

(Kawża T-878/16)

(2017/C 038/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ino Karelia (Kalamata, il-Greċja) (rappreżentant: M. Karpathakis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “KARELIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 964 502

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1562/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.