20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – SilverTours vs EUIPO (billiger-mietwagen.de)

(Kawża T-866/16)

(2017/C 053/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SilverTours GmbH (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Neuwald, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “billiger-mietwagen.de” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 343 099

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 206/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.