|
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/58 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Techniplan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-853/16)
(2017/C 022/78)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Techniplan Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Bonavita, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 265 TFUE mill-Kummissjoni Ewropea, sa fejn hija ma ħaditx pożizzjoni fuq it-talba mibgħuta minn Techniplan permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni; |
|
— |
timponi l-obbligu di fare previst fl-Artikolu 266 TFUE u somma bħala kumpens għad-danni għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni, u tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti hija kumpannija tal-inġinerija li ngħatat numru ta’ proġetti f’pajjiżi Afrikani (kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ ppjanar u asfaltar tat-triq Banikoara-Kandi, f’Benin, kontrolli fuq ix-xogħlijiet tat-triq RN32 Ouallah-Miringoni, f’Comoros, superviżjoni tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarja tat-toroq bl-asfalt f’Anjouan u Moheli f’Comoros, superviżjoni u kontroll tax-xogħlijiet ta’ manutenazjoni ordinarja fi Grande Comores f’ Comoros, kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tat-triq nazzjonali n.1 Kinkala-Mindouli, fil-Congo, u kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ ppjanar u asfaltar tat-triq Bouar-Fambélé, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u preparazzjoni u monitoraġġ tax-xogħlijiet fil-qafas tal-PA PNDS, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).
Ir-rikorrenti tispeċifika f’dan ir-rigward li dawn il-proġetti kollha kienu qegħdin jitlestew u jiġu vverifikati mill-uffiċċjali nazzjonali, u l-fatturi korrispondenti kienu qegħdin jitħallsu u jiġu approvati mill-organi tal-Kummissjoni Ewropea, finanzjatriċi tal-proġetti. Madankollu, mingħajr ma kien mistenni, il-fatturi bdew jitħallsu parzjalment biss. Dejjem skont ir-rikorrenti, il-konvenuta kienet saħansitra tapplika sanzjoni mhux speċifikata favur il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr ma tat motivazzjoni preċiża. Speċifikament, hija l-Kummissjoni Ewropea stess li ddeċidiet li tikkumpensa b’mod arbitrarju l-krediti mitluba minn Techniplan, mingħajr preċiżazzjoni tad-debitu korrispettiv.
Kontra dan l-aġir, ir-rikorrenti bagħtet ittra ta’ intimazzjoni abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, li fiha stiednet lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħroġ att jew tieħu pożizzjoni uffiċjalment, fuq it-talba għal ħlas tagħha u fuq in-natura reali tas-sanzjonijiet imposti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti targumenta li l-organi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea aġixxew bi ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali u tat-trasparenza. Din iċ-ċirkustanza kkawżat dannu gravi lil Techniplan, li tinvoka l-aspettattivi leġittimi tagħha li tkun taf b’ċertezza, f’kull waqt u sitwazzjoni, liema huma d-drittijiet u l-obbligi tagħha, iggarantiti wkoll permezz ta’ regoli previsti fl-ordinament Ewropew.