6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/41


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2016 – Deichmann vs EUIPO – Vans (V)

(Kawża T-848/16)

(2017/C 038/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ “V”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 345 403

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2129/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 151(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 19(2)(a) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tar-Regola 19(2)(a)(ii) u (3), kif ukoll tar-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ non-retroattività