|
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/51 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2016 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-818/16)
(2017/C 030/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Netflix International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Netflix, Inc. (Los Gatos, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Alberdingk Thijm, S. van Schaik u S. van Velze, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2016 li tiddikjara l-emenda tal-liġi Ġermaniża dwar il-miżuri għall-promozzjoni taċ-ċinema Ġermaniża fis-seba’ verżjoni tagħha hija kompatibbli mas-suq intern (1); u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva (2).
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 110 TFUE.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 56 TFUE.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 49 TFUE.
|
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE.
|
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.
|
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (notifikata bid-dokument C(2016) 5551) (ĠU 2016, L 314, p. 63).
(2) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (“DSMA”) (ĠU 2010, L 95, p. 1)