|
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/49 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-811/16)
(2017/C 030/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
— |
id-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2016 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla EPSO/AST-SC/03 eskluda lir-rikorrent mill-imsemmija kompetizzjoni hija annullata; |
|
— |
il-Kummissjoni hija, fi kwalunkwe każ, ikkundannata għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti differenti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent. |
|
2. |
It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, u bbażat fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni lir-rikorrent tal-kriterji ta’ għażla stabbiliti mill-Bord tal-Għażla. |