16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/50


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)

(Kawża T-789/16)

(2017/C 014/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: InvoiceAuction B2B (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “INVOICE AUCTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 821 095

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2201/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.