23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/40 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – QD vs EUIPO
(Kawża T-787/16)
(2017/C 022/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: QD (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2016 li ma tadottax deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-Kondizzjonijiet tal-impjieg) u li tiddiferixxi t-teħid ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għal “proċedura speċifika” fil-ġejjieni; u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’mod partikolari l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal (moqri flimkien mal-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg), l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikoli 2, 8 u 53 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-P |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-EUIPO, tad-dover fiduċjarju tiegħu; |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41(1), Artikolu 41(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO wettaq użu ħażin ta’ poter. |