9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/22


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-786/16)

(2018/C 123/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna li:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-31 ta’ Mejju 2016 u tal-5 ta’ Lulju 2016 fuq l-ammonti miżmuma mis-salarju li għalihom ir-rikorrent ressaq l-ilmenti skont l-Artikolu 90(2) tal-Istatut rispettivament fid-29 ta’ Lulju 2016 (R/492/16) u fit-30 ta’ Lulju 2016 (R/493/16) u miċħuda t-tnejn li huma fit-28 ta’ Novembru 2016;

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-15 ta’ Settembru 2016 u tal-11 ta’ Lulju 2016 fuq l-ammonti miżmuma mis-salarju u l-iffissar għal żero tas-salrju minn Lulju 2016, li għalihom ir-rikorrent ressaq l-ilment skont l-Artikolu 90(2) tal-Istatut fid-19 ta’ Settembru 2016 (R/496/16) u li ġie miċħud fis-17 ta’ Jannar 2017;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-21 ta’ Settembru 2016 li tinforma lir-rikorrent b’dejn globali ta’ EUR 42 704,74 fir-rigward tal-Kummissjoni li għalih tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tal-Istatut tat-8 ta’ Novembru 2016 (R/556/16) u ġie miċħud fis-17 ta’ Jannar 2017;

tannulla n-nota ta’ debitu kkontestata Nru 32441709991 tal-20 ta’ Lulju 2017 għal ammont ta’ EUR 42 704,74, li teżiġi l-ħlas tad-dejn ikkontestat ta’ EUR 42 704,74 li għaliha tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tal-Istatut fil-31 ta’ Lulju 2017 (R/346/17) u ġie miċħud fid-29 ta’ Novembru 2017;

tannula d-deċiżjoni ta’ revoka deċiża mill-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika tas-26 ta’ Lulju 2016 li kontriha r-rikorrent ressaq l-ilment skont l-Artikolu 90(2) tal-Istatut fit-3 ta’ Ottubru 2016 (R/510/16) u li ġie miċħudfit-2 ta’ Frar 2017, kif ukoll tannulla l-proċedura dixxiplinari CMS 13/087 f’dawn l-aspetti kollha;

tikkumpensa għad-dannu subit minħabba fastidju psikoloġiku fid-DĠ Impjiegi, fid-DĠ Baġit, fid-DĠ Interpretzzjoni u konġuntament mis-servizz mediku, il-PMO u d-DĠ HR, u l-ewwel fastidju jmur lura għal Ottubru 2008;

tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni kollha 2014, 2015 u 2016 tar-rikorrent minħabba fastidju fid-DĠ SCIC;

u li tagħti d-danni li ġejjin abbażi tal-Artikolu 340 TFUE:

tordna l-kumpens għad-danni morali ta’ EUR 889 000 u tad-dannu materjali ta’ EUR 132 828,67 tar-rikorrent li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet ikkontestati, stmati, mingħajr preġudizzju għal evalwazzjoni mill-ġdid, għas-somma ta’ EUR 1 021 828,67 flimkien mal-interessi moratorji sal-jum tal-ħlas sħiħ;

sussidjarjament, fid-dawl tal-fastidju subit u tal-au vu du harcèlement subi et des “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz” użati, u bħala tali huma irregolaritajiet li ma jistgħux jiġu ttollerati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni:

tannulla l-ilmenti kollha l-oħra miżmuma fuq is-salrji għall-perijodu minn Marzu 2015 sa Lulju 2016 – jiġifieri 12-il deċiżjoni tad-9/2/2015, 30/3/2015, 5/5/2015, 24/6/2015, 1/10/2015, 12/11/2015, 15/1/2016, 22/4/2016, 31/5/2016, 5/7/2016, 15/9/2016 u 11/7/2016 kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tiegħu ta’ annullament jiġifieri d-deċiżjonijiet R/1110/14 tal-11/3/2015, R/225/15 tat-3 ta’ Lulju 2015, R/292/15 tat-23 ta’ Lulju 2015, R/376/15 tat-18 ta’ Awwissu 2015, R/419/15 tal-25 ta’ Settembru 2015, R/496/15 tat-23 ta’ Ottubru 2015, R/787/15 u R/788/16 u R/71/16 tal-21 ta’ Marzu 2016, R/282/16 tat-12 ta’ Settembru 2016;

tannulla d-deċiżjonijiet kollha ta’ ċaħda li jirrigwardaw ilmenti fuq il-proċeduri ta’ evalwazzjoni jiġifieri ċ-ċaħda R/ll00/14 tat-12 ta’ Marzu 2015, R/313/15 tal-11 ta’ Awwissu 2015, R/676/15 tat-13 ta’ Ottubru 2015, R/127/16 u R/128/16 tas-7 ta’ Ġunju 2016 u R/342/16 tal-21 ta’ Settembru 2016;

tannulla ċ-ċaħda tat-talbiet għal assistenza – l-Artikolu 24 tal-Istatut –rispettivament tat-23 ta’ Ottubru 2014, tal-20 ta’ Jannar 2015, tal-20 ta’ Marzu 2015, tat-30 ta’ Lulju 2015 (talba D/322/15), tal-15 ta’ Marzu 2016 (talba D/776/15) u tat-18 ta’ Mejju 2016.

tannulla tous les “opinjonijiet mediċi” ta’ assenzi mhux ġustifikati tad-Dr. [X] tas-16 u t-18 ta’ Lulju 2018, 8 ta’ Awwissu 2014, 4 ta’ Settembru 2014, 4 ta’ Diċmebru 2014, 4 ta’ Frar 2015, 13 ta’ April 2015, 4 ta’ Ġunju 2015, 11 ta’ Awwissu 2015, 14 ta’ Ottubru 2015, 4 ta’ Diċembru 2015, 5 ta’ Frar 2016, 22 ta’ Marzu 2016, 18 ta’ April 2016, 3 ta’ Ġunju 2016, 30 ta’ Ġunju 2016 u tal-25 ta’ Lulju 2016;

tannulla l-“opinjonijiet mediċi” tas-27 ta’ Ġunju 2014 ta’ Dr. [X] u tal-10 ta’ Ottubru 2014 ta’ Dr. [Y] li reġgħu bagħtu lir-rikorrent għandi l-molestaturi tiegħu;

tannulla ċ-ċaħda tal-ilment amministrattiv R/182/16 tal-14 ta’ Lulju 2016 imressaq fit-22 ta’ Marzu 2016 dwar assenza mhux iġġustifikata tas-16 u s-17 ta’ Marzu 2016 fejn joqgħod.

tannulla l-ittri ta’ intimazzjoni kollha rispettivament tal-10 ta’ Marzu 2015, tal-11 ta’ Mejju 2015, tal-10 ta’ Ġunju 2015, tal-11 ta’ Awwissu 2015, tat-13 ta’ Novembru 2015, tad-9 ta’ Diċembru 2015, tat-18 ta’ Lulju 2016 kif ukoll l-ittri ta’ informazzjoni minn qabel tan-nota ta’ debitu tal-21 ta’ Ġunju 2016 u tal-21 ta’ Settembru 2016;

fi kwalunkwe każ:

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 3, 4 u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-punt 2 tal-Artikolu 1e u l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Istatut”) li tistabilixxi l-projbizzjoni tal-fastidju psikoloġiku.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21a, 22 dwar il-projbizzjoni li jitwettqu l-atti illegali.

3.

It-tielet motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ premura u ta’ assistenza bi ksur tal-Artikolu 24 tal-Istatut.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 59 u fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 60 tal-Istatut.

5.

Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-Artikoli 41 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw rispettivament it-trattament imparzjali u d-dritt għal smigħ, u d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll l-Artikolu 3 tal-anness IX tal-Istatut dwar id-dritt ta’ smigħ mill- l-Awtorità tal-Ħatra (“AIPN”) qabel ir-rinviju quddiem il-Kunsill ta’ Dixxiplina, u konformement mal-ġurisprudenza Kerstens vs Il-Kummissjoni (is-sentenza tal-14 ta’ Frar 2017, Kerstens vs Il-Kummissjoni, T-270/16 P, mhux ippubbikata, EU:T:2017:74).

La partie requérante demande également l’octroi d’un dédommagement de 889 000 euros à titre de préjudice moral et de 132 828,67 euros à titre de préjudice matériel conformément à l’article 340 du TFUE.