9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/50


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)

(Kawża T-774/16)

(2017/C 006/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consejo Regulador del Cava (Villafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cave de Tain L’Hermitage, union des proprietaires (Tain L’Hermitage, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “CAVE DE TAIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 345 824

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 980/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tiddikjarax l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontenzjuża għall-“inbejjed frizzanti ta’ denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tal-Artikoli 102(1)(b) u 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013.