20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/29


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Salehi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-773/16)

(2017/C 053/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dominik Salehi (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-konvenuta kisret l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 [emendat bir-Regolament (UE) Nru 1289/2013], billi, b’nuqqas ta’ riferiment għall-ittri tar-rikorrent tal-1 ta’ Lulju 2016 u tas-16 ta’ Settembru 2016, ma adottatx il-miżuri previsti fl-imsemmija dispożizzjoni u ma bagħtitx komunikazzjoni lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipju ta’ reċiproċità minħabba applikazzjoni stretta tal-Visa Waiver Program Improvement and Terrorist Travel Prevention Act of 2015.

2.

It-tieni motiv: inazzjoni min-naħa tal-konvenuta

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma adottat ebda miżura skont l-Artikolu 1(4)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, tal-15 ta’ Marzu 2001, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħ[h]om għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 65).