9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Confédération Nationale du Crédit Mutuel vs BCE

(Kawża T-751/16)

(2017/C 006/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération Nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grégoire, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Awwissu 2016, mogħtija dwar it-talba ppreżentata mill-Crédit Mutuel bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni li teskludi l-iskoperturi fuq is-settur pubbliku tal-kalkoli tal-proporzjon tal-ingranaġġ, konformement mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-Crédit Mutuel u l-entitajiet kollha tal-grupp suġġetti għall-proporzjon tal-ingranaġġġ (ECB/SSM/2016 – 9695000CG7B84NLR5984/92);

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq l-eċċess ta’ poter li bih id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata. Skont ir-rikorrenti, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ma għandux is-setgħa li jivverifika, sabiex jiżgura l-applikazzjoni konkreta, mingħajr la jsaħħaħ u lanqas jevalwa r-rilevanza tagħhom, jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet mitluba għal stabbiliment li jibbenefika minn deroga għar-regoli ta’ kalkolu ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ, kif stabiliti b’mod definittiv u b’mod preċiż mill-Kummissjoni, abbażi ta’ kompetenza esklużiva, permezz ta’ Regolament Delegat intiż li jieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tax-xenarju bankarju u finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, imressaq b’mod sussidjarju għall-ewwel motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ dritt imwettaq mill-BĊE fid-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrenti, l-iskoperturi fuq l-entitajiet tas-settur pubbliku, peress li huma mxebbħin mal-iskoperturi fuq l-amministrazzjoni ċentrali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma għandhom xejn riskju meta jiġu ddenominati fil-munita nazzjonali tagħha.

3.

It-tielet motiv, li huwa mressaq b’mod sussidjarju fil-konfornt tal-ewwel żewġ motivi, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija manifestament mhux xierqa fir-rigward tal-għanijiet mixtieqa mir-rekwiżiti prudenzjali, fid-dawl tal-karatteristiċi tat-tfaddil, kif ukoll manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-konsegwenzi negattivi li hija ħolqot fuq l-istabbiliment ikkonċernat ainsi que manifestement.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-BĊE ma eżamina u lanqas ħa inkunsiderazzjoni l-provi kollha rilevanti fil-każ.