19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/22


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Generis – Farmacêutica vs EUIPO – Corpak MedSystems (CORGRIP)

(Kawża T-744/16)

(2016/C 475/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generis – Farmacêutica, SA (Amadora, il-Portugall) (rappreżentant: J. Paulo Sena Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Corpak MedSystems, Inc. (Buffalo Grove, Illinois, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “CORGRIP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 437 919

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2443/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2015 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002334129;

tilqa’ l-oppożizzjoni B 002334129;

tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 012437919 “CORGRIP” kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.