9.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/39 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – La Quadrature du Net et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-738/16)
(2017/C 006/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Quadrature du Net (Pariġi, Franza), French Data Network (Amiens), Fédération des Fournisseurs d’Accès à Internet Associatifs (Fédération FDN) (Amiens) (rappreżentant: H. Roy, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-KUMMISSJONI (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, tikser l-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tannulla din id-deċiżjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), minħabba fin-natura ġenerali tal-ġbir li huwa awtorizzat mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S. (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) wettqet tali ksur billi ma waslitx għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti b’mod partikolari taffettwa l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata kkonstatat, b’mod żbaljat, li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li hija sostanzjalment ekwivalenti għal dik iggarantita fi ħdan l-Unjoni minkejja l-assenza ta’ limitazzjoni għall-minimu neċessarju għall-operazzjonijiet awtorizzati mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata ma kkunsidratx l-assenza ta’ rimedju effettiv previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti u, minkejja dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ikkonkludiet li kien hemm ekwivalenza mal-protezzjoni msemmija iktar ’il fuq. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, peress li d-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat b’mod manifestament żbaljat li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi protezzjoni ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni u dan, minkejja l-assenza ta’ kontroll indipendenti previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti. |