|
19.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 475/19 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2016 – PO et vs SEAE
(Kawża T-729/16)
(2016/C 475/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PO (Brussell, il-Belġju), PP (Beijing, iċ-Ċina), PQ (Beijing), PR (Beijing) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
|
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li tannulla:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq linji gwida, adottati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-31 ta’ Lulju 2014, li jiksru r-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness X tiegħu. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-imsemmija linji gwida. |
|
3. |
It-tielet motiv, maqsum f’erba’ partijiet, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjonijiet individwali.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni, li huwa invokat minn tlieta mir-rikorrenti. Tnejn minnhom iqisu li tali żball twettaq fl-analiżi taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li kienu tressqu fit-talba tagħhom għal rimbors, u l-aħħar rikorrent iqis li tali żball jirriżulta mill-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwa materna. |