5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)

(Kawża T-721/16)

(2016/C 454/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Luxottica Group S.p.A. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: E. M. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xian Chen (Wenzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “BeyBeni” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 511 317

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-08/06/2016 fil-Każ R 675/2015-5

Talbiet

tilqa’ t-talba fir-rikors u tiddikjara nulla u bla effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R-675/2015-5, billi tiddikjara r-rifjut tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12511 317 “BeyBeni” skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar l-analiżi tar-rekwiżiti previsti għall-implementazzjoni tiegħu.

ksur tal-Artikoli 63(2) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009, dwar eventwali ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ fl-istadju tal-appell.