|
12.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/30 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Mad Dogg Athletics vs EUIPO – Aerospinning Master Franchising (SPINNING)
(Kawża T-718/16)
(2016/C 462/39)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mad Dogg Athletics, Inc. (Venice, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Steinberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aerospinning Master Franchising Ltd. s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SPINNING” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 175 117
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2375/2014-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iddikjarat ir-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 000175117 “SPINNING” għall-prodotti “Apparat għall-eżerċizzju tal-ġisem” fil-klassi 28 u għas-servizzi “Servizzi ta’ taħriġ ta’ eżerċizzju [saħħa fiżika]” fil-klassi 41; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |