12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/29


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL)

(Kawża T-714/16)

(2016/C 462/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FLÜGEL” – Trade mark tal-Unjoni Nru 637 686

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Lulju 2016, fil-Każ R 282/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Red Bull għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.